“Erġajna! Reġa’ mar id-dawl”.
Kummenti bħal dawn reġgħu iddominaw il-media soċjali hekk kif fl-aħħar sigħat kien hemm numru ta’ lokalitajiet madwar Malta u Għawdex li għal darb’oħra spiċċaw bla provvista tal-elettriku.
Kien hemm min saqsa jekk hux qed ngħixu fl-2021 filwaqt li persuna qalet li ninsabu fi żmien il-limbu. Oħrajn irrimarkaw kif issa jaf xorta jiġi l-kont għoli… u oħrajn għamlu referenza għall-fatt li l-Ministru Miriam Dalli qalet li mhux vera qed jinqata’ d-dawl.
Bir-raġun, il-frustrazzjoni tan-nies hija kbira. Tant illi kien hemm min kiteb li jekk mhux se toqtolhom il-Covid…se toqtolhom is-sħana għax m’għandhomx provvista tal-elettriku.
Persuna partikolari għamel referenza b’mod sarkastiku fuq kif Malta l-aqwa fid-dinja, mhux biss fil-korruzzjoni – imbagħad jiġi Ministru tal-Gvern u jgħajjar lil min jivvutalu ‘Ġaħan’.
Intant, kien hemm każ partikolari fejn mara qalet li ilha tistenna minn Jannar biex issir tiswija mill-Enemalta, bi ħsara kbira fl-appliances tad-dar tagħha. Hija saqsiet għaliex il-kontijiet jiġu mill-ewwel… iżda l-għajnuna iddum xhur biex tasal. Fl-istess post kien hemm kumment ieħor illi qal li mhux aċċettabbli li kuljum qed jinqata’ d-dawl, u persuna oħra qalet li miskin dak li jkollu l-affarjiet fil-fridge għax ikollu jarmi kollox, bl-ispejjeż ikomplu jiżdiedu.
//= $special ?>