L-Assoċjazzjoni tal-BMX ta’ Malta organizzat festival sportiv extreme fit-trakka rinovata tal-BMX f’Pembroke nhar is-Sibt fil-31 ta’ Lulju w il-Ħadd 1 ta’ Awwissu 2021. Matul dawn il-jumejn saru tlielaq tal-Mountain Bike kif ukoll kompetizzjonijiet tal-BMX Park. Fil-Mountain Bike saru tliet kopmpetizzjoni fejn dawn kienu r-rebbieħa: Kategorija Elite ntrebħet minn Paul Deguara, segwit minn Andrew Cassar u Nathan John Mercieca. Dik Open intrebħet minn Saviour Spiteri Peregin quddiem Brandon Schembri u Milan Bernard. Mentri fl-Kategorija tal-Juniors ħareġ rebbieħ Miguel Galea segwit minn Rio Pace u Clayton Farrugia.
Il-Kategoriji tal-BMX kienu riservati għat-tfal. Dik ta’ taħt is-7 snin intrebħet minn Eddie Baragoli quddiem Timothy Cuschieri u Mia Albanozzo. Dik ta’ bejn is-7 u l-10 snin intrebħet minn Lollo Baragoli li kien segwit minn Isaac Micallef u Calvin Micallef Scicluna, filwaqt li fil-Kategorija l-oħra ta’ bejn l-10 u t-13 il-sena ħareġ rebbieħ Bradley Mercieca quddiem Timothy Attard u Nicholas Spiteri. Fil-kompetizzjonijiet tal-BMX Park, Francesco Fenech Conti rebaħ Grupp A quddiem Matthias Mangion, filwaqt li Daniel Agius rebaħ Grupp B fejn kien segwit minn Fabio Piccone u Shalan Catania rispettivament. Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni tal-BMX ta’ Malta jixtieq jirringrazzja lir-Red Bull, B’Kara St Joseph, Buff Malta, il-Mountian Bike Association, kif ukoll lil dawk kollha li taw l-għajnuna tagħhom.
//= $special ?>