Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Malta Police Union informa lill-Amministrazzjoni tal-Pulizija li mhux qed jaqbel mad-deċiżjoni meħuda mill-istess Amministrazzjoni biex tieqaf toffri servizz għall-immaniġġjar tat-traffiku matul il-kostruzzjoni u/jew meta kwalunkwe triq trid tiġi magħluq jew ikun hemm aċċess ristrett.
Fi stqarrija l-Malta Police Union qalet li dan is-servizz, filwaqt li huwa servizz għall-komunità, serva bħala mezz biex il-membri tagħha jkollhom dħul addizzjonali għall-familji tagħhom.
L-istqarrija tkompli tgħid li l-membri tal-Korp ilhom jagħtu dan is-servizz għal numru ta’ snin u l-Union ma tistax tifhem kif mingħajr ebda konsultazzjoni, dan ġie tterminat.
L-Union tikkundanna wkoll ir-raġuni mhux uffiċjali ta’ ‘dmir degradanti’ mogħtija lill-uffiċjali tagħna hekk kif tħoss li kull impjieg, għandu d-dinjità tiegħu. Fakkret li l-membri tagħha jħallsu t-taxxi kollha fuq dan id-dħul skont il-leġiżlazzjoni lokali.
Għalhekk il-Union qed titlob sabiex din id-deċiżjoni tiġi rtirata minnufih.
//= $special ?>

