It-Tlieta filgħaxija ġiet ikkonfermata l-aħbar li 42 persuna, inklużi 25 membri tal-Forzi Armati, mietu f’nirien li seħħew fil-Lvant tal-kapitali fl-Alġerina. Dan filwaqt li fl-aħħar ġimgħat, bosta pajjiżi oħra intlaqtu minn nirien kbar, inklużi l-Greċja, it-Turkija, Ċipru, ir-Russja u l-Istati Uniti.
Minn ritratti mpoġġija fuq il-midja soċjali dehru fjammi enormi u sħab ta’ duħħan imxerred fuq siġar maħruqa fl-għoljiet tar-reġjun ta’ Kabylie, fil-Lvant tal-kapitali Alġer.
F’post fuq il-media soċjali il-President Abdelmadjid Tebboune saħaq li is-suldati li sfortunatament tilfuq ħajjithom fin-nirien irnexxilhom isalvaw madwar 100 ċittadin mill-fjammi fil-muntanji ta’ Bejaia u Tizi Ouzou.
Il-Ministru għall-Intern Kamel Beldjoud, waqt żjara fil-belt tat-tramuntana, qal li numru ta’ nirien li jibdew fl-istess ħin huma impossibbli. Dawn in-nirien huma ta’ oriġini kriminali.
Filfatt b’rabta ma’ dan, aktar tard ir-radju tal-Istat qal li tliet persuni ġew arrestati fid-distrett tat-tramuntana ta’ Medea u persuna oħra f’Annaba, b’rabta man-nirien. Iktar minn 70 nirien faqqgħu f’14-il stat madwar it-tramuntana tal-pajjiż, inklużi 10 partikolarment madwar Tizi Ouzou, waħda mill-ibliet l-aktar popolati f’Kabilja.
//= $special ?>