Futbol Sport

“Jekk ma jibdiex sal-aħħar tas-sena d-dieħla, il-proġett ma jsirx” – Joseph Portelli

(Ritratt: Matthew Tabone)

Ħamrun Spartans rebbieħa tal-Kampjonat 2020/21 qabel il-partita tal-ftuħ tal-Kampjonat BOV Premier kontra Valletta nhar il-Ġimgha li ġej, organizzaw konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-President Joseph Portelli, il-Viċi President Gejtu Debbatista, il-kowċ Mark Buttigieg, u l-Kap Eżekuttiv tal-Klabb Marcel Bonnici. Mark Buttigieg irringrazzja lill-amministrazzjoni  li żammu mal-wegħda li jkomplu jsaħħu l-iskwadra fejn it-tim issaħħaħ f’kull settur. Huwa kkummenta li l-pre season kien wieħed mentalment diffiċli għall-kull min kien involut minħabbai tal-inċertezza li kien hemm dwar il-parteċipazzjoni fl-Ewropa iżda issa l-iskwadra tinsab preaparata u dan kollu issa intesa.

Il-Kap Eżekuttiv tal-klabb Marcel Bonnici qal li l-aspettativi ta’ din is-sena għandhom pressjoni akbar fejn issa kulħadd jaf x’ livell għandu l-klabb u għalhekk kulħadd jippretendi li l-Ħamrun ikunu sfidanti għall-kull unur. Huwa qal ukoll li s-suċċessi miksuba attiraw għadd ta’ sponsors u żieda fil-membri fejn il-mira ta’ 1,500 membru tista’ tintlaħaq sal-aħħar tal-istaġun li ġej.

Il-President ta’ Ħamrun Spartans Joseph Portelli f’diskors imqanqal iffoka fuq il-proġett fejn wera d-diżappunt tiegħu għal mod kif l-awtoritajiet qed jittrattaw dawn il-proġetti . Huwa appella lil-awtoritajiet biex ma’ jtawwlux u jieħdu 4 u 5 snin sabiex japprovaw proġett bħal dan li bis-saħħa tiegħu se jkun qed igwadi il-football Malti. Dwar l-iskwarda Portelli qal li ma’ fadalx aktar akkwisti hekk kif it-tim huwa lest u kkonferma wkoll li Matthew Guillaumier se jkun operat fil-jiem li ġejjin u li se jkun barra għal madwar 5 ġimghat.

Waqt il-konferenza Efrem Buttigieg ġie maħtur Chairman tal-Akkademja filwaqt li ingħata rikonoxximent liċ-Chairman preċedenti Noel Attard bħala ringrazzjament għal dak li għamel fit-tmexxija tan-nursery ta’ Ħamrun Spartans għal dawn l-aħħar 34 sena.