Franċiża ta’ 21 sena qed tissielet għal ħajjitha wara li kienet involuta f’inċident bil-quadbike. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħamsa u nofs ta’ waranofsinhar fi Triq ir-Rabat, in-Nadur, Għawdex.
Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post fejn mill-ewwel stħarriġ irriżulta li mara Franċiża ta’ 21 sena, kienet qed issuq quadbike tal-għamla PEDA, tilfet il-kontroll u ħabtet f’Opel Astra li kienet ipparkjata.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku, sabiex tingħata l-assistenza medika fejn warattieħdet l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Aktar tard ġiet iċċertifikata bi ġrieħi serji u tinsab fil-periklu tal-mewt.
Il-Maġistrat tal-Għassa Simone Grech ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta, filwaqt li l-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
//= $special ?>

