Mhux soltu li t-temi tal-ispettakli popolari jirriflettu l-ħajja ta’ vera…Madankollu, kultant, tfeġġ storja minn imkien li tirrealizza x-xewqat tad-dilettanti ta’ programm partikulari – f’dan is-sens, is-sitcom popolari ‘Friends’ li kiseb fama globali mindu kien trasmess għall-ewwel darba tletin sena ilu.
Fil-fatt, ir-rapporti qed jgħidu li l-attriċi Jennifer Aniston, li saret popolari fil-parti ta’ Rachel Green u David Schwimmer, li jinterpreta l-karattru ta’ Ross Geller, jidhru li sa fl-aħħar qegħdin joħorġu flimkien bħala koppja.
Aniston u Schwimmer, issa, ammettew għal ‘konnessjoni qawwija’ bejniethom meta huma u l-protagonisti l-oħrajn ta’ Friends – l-atturi Matthew Perry, Matt Leblanc u Lisa Kudrow – kellhom ir-reunion mistenni f’Mejju li għadda.
L-aħħar rapporti ferrħu bil-kbir lill-fans numerużi ta’ ‘Friends’ u waqt li ‘Rachel’ u ‘Ross’ kellhom relazzjoni fittizja skont is-scriptwriters tas-sensiela, hu minnu li l-attrazzjoni ta’ bejniethom minn dejjem kienet ġenwina. Fil-fatt, l-atturi, illum, qegħdin jidhru viċin ta’ xulxin aktar minn qatt qabel minkejja li qatt ma żvelaw xejn dwar ‘ir-relazzjoni li qed tinbet’.
Għall-kuntrarju, David Schwimmer donnu li jrid ‘iħawwad xi ftit il-borma’ bil-kumment li hu mhux iqatta’ ħin ma’ Jennifer Aniston – bis-segwaċi qegħdin jaslu għall-konklużjonijiet tagħhom.
Fil-fatt, persuni viċin ta’ ‘din il-koppja’ qalu li – għall-kuntrarju — Aniston, li għandha 52 sena, u Schwimmer, li hu sentejn akbar minnha, ‘qegħdin iqattgħu dejjem aktar żmien flimkien fir-residenza ta’ Aniston, f’Los Angeles.
//= $special ?>