Raġel li kien qed isuq mutur kmieni dalgħodu f’Ħal Lija spiċċa l-isptar wara inċident tat-traffiku.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-8:30am meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ l-inċident tat-traffiku fi Triq il-Kbira, Ħal Lija.
Minn investigazzjonijiet preliminari irriżulta li raġel ta’ 47 sena residenti Ħal Qormi li kien qed isuq mutur Piaggio Sfera, intlaqat minn vettura li allegatament ħarbet mill-post.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-assistenza fuq il-post minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
Investigazzjonijiet mill-pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>