Raġel minn Ħal Qormi sofra feriti gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-sebgħa fi Triq San Ġorġ, Ħal Qormi.
Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta’ 31 sena residenti Ħal Qormi safa milqut minn karozza ta’ tip Renault Megane misjuqa minn Somalu ta’ 30 sena li jgħix fl-stess lokalità. Ir-raġel ingħata l-assistenza minn tim mediku u wara ttieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

