F’Dublin fl-Irlanda fl-ewwel partita tat-tim Nazzjonali Malti tal-basketball fil-Kampjonat tal-Ewropa tal-FIBA għall-Istati Żgħar. Grupp A : Malta 96 San Marino 65 Bidu mill-aqwa għat tim Malti immexxi minn Andrea Paccarie fejn ħa l-inizjattiva mill-ewwel sessjoni li ntemmet 31 – 14 għal Malta. San Marino rebħu t-tieni sessjoni 28 – 21 madankollu t-tim Malti ddomina t-tielet u raba’ sessjoni li rebaħ 33 – 16 u 11 – 7 biex għalaq il-partita 96 – 65 L-aħjar scorer għal Malta kien Aaron Falzon bi 32 punt filwaqt li Davide Macina kien l-aħjar għal San Marino bi 17 il-punt.
L-iskorers l-oħra għat tim Malti kienu Tevin Falzon b’20 punt, Kurt Cassar 16 il-punt, David Bugeja 11 il-punt, Jack Zammit 8 punti , Karl Joseph Xuereb 5 punti , Philip Engelbert 2 punti u Alex Felice Pace u Peter Shoults b’punt kull wieħed. Flimkien ma Malta u San Marino, fi Grupp A hemm wkoll Andorra, Irlanda u Ġibilta’ li huma l-avversarji li jmiss għat tim Malti.
//= $special ?>