Sport Sport Ieħor

Santa Lucia jippreżentaw l-iskwadra għall-istaġun il-ġdid

(Ritratt: Matthew Tabone)

Santa Lucia ippreżentaw l-iskwadra għal dan l-istagun , ġranet qabel l-ewwel partita tal-Kampjonat Premier, nhar is-Sibt li ġej kontra Floriana. F’konferenza stampa indirizzata mill-President tal-klabb, Robert Micallef, fil-presenza tal-kowċ, Oliver Spiteri u wieħed mill-akkwisti l-ġodda u importanti li għamel it-tim dan is-sajf, id-difensur internazzjonali Malti, Jurgen Pisani. Dan se jkun it-tielet staġun konsekuttiv għal Santa Lucia fil-Kampjonat Premier, u l-iskwadra se terġa’ tkun ibbażata fuq talent żagħżugħ, tant li l-eta’ medja tat-tim hi ta’ madwar 24 sena.

It-tim sa issa għandu seba’ plejers barranin registrati, b’ċans li jiżdied plejer ieħor sa tmiem il-kampanja akkwisti. Fost l-akkwisti l-ġodda li għamlu Santa Lucia dan is-sajf, hemm il-gowlkiper internazzjonai ta’ St. Kitts & Nevis, Julani Archibald, il-midfielder difensiv eks Gudja United, Patrick Mota u l-iskorer prolifiku, li staġun ilu lagħab ma’ Tarxien Rainbows, Vito Plut. Dan tal-aħħar se jkun qed jieħu post il-Kolombjan Kevin Ante Rosero. Bħala plejers Maltin, apparti l-akkwist ta’ Pisani, huma kisbu s-servizz tal-attakkant żgħażugħ ta’ 23 sena, Jan Tanti.