Il-Partit Nazzjonalista jrid juri t-tħassib u jesprimi l-kundanna sħiħa tiegħu għal dak li kompla jiżviluppa fil-Belarus mmexxi mid-dittatorjat ta’ Aleander Lukashenko. Dak li qegħdhin naraw huma atti mill-aktar gravi li huma theddida diretta għad-demokrazzija Ewropea.
Fi stqarrija maħruġa mill-Kelliem għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Carm MIfsud Bonnici u mis-Segretarju Internazzjonali Roselyn Borg Knight, il-Partit Nazzjonalista qal li l-Belarus huwa pajjiż li qiegħed joħnoq l-oppożizzjoni. Joqtol u jippersegwita d-dissidenti interni tiegħu. Issa qiegħed ukoll juża bħala għodda politika persuni innoċenti, immigranti rregolari sabiex jaqsmu l-fruntieri minnu għal żewg stati membri fl-Unjoni Ewropeja l-Litwanja u l-Latvja.
Il-Partit Nazzjonalista jfakkar f’dak kollu li rajna f’dawn l-aħħar xhur b’dittatur li baqa’ fil-poter kontra l-volonta popolari.
Ifakkar li ftit ilu bagħat ajruplan militari biex jordna li titjira ċivili tal-kumpanija Ryan Air jitniżżel sabiex jiġi arrestat persuna prominenti fl-oppożizzjoni.
Ifakkar li ttieħdu passi legali foloz u maħluqa fil-qrati tal-pajjiż kontra żewġ membri prominenti tal-oppożizjoni Maria Kolesknikova u Maxim Znak li “r-reat” tagħhom huwa dak li ma jaqblux mar-reġim.
Ifakkar ukoll li ftit jiem ilu nqatel Vitaly Shiskov persuna li kien qiegħed jgħin ċittadini jaħarbu minn dan l-istat awtoritarju.
Ifakkar f’dak li l-atleta olimpika Krystina Timanovskaya kellha tgħaddi minnu biex taħrab u titlob ażil.
Iġib għall-attenzjoni li f’dawn il-jiem l-istess reġim qiegħed jipprova jattakka u jagħmel atti żbaljati diretti billi jippromwovi u jħajjar bi traffikar illegali ta’ persuni biex jaqsmu f’ammonti kbar minn pajjiau ghall-Litwanja u l-Latvja.
Il-Partit Nazjonalista jara li dan huwa aġir gravi li hemm bżonn aktar miżuri urġenti u immedjati mid-dinja Ewropea sabiex dan l-abbuż flagranti għad-demokrazzija u d-drittijiet fundamentali tal-bniedem jiġi kuntrastat.
Il-Partit Nazzjonalista għalhekk fil-waqt li jtenni l-kundanna tiegħu jappella u jittama li dan kollu għandu jwassal sabiex tul dan ix-xahar l-istituzzjonijiet Ewropej jiċċaqilqu, jiġu mlaqqa’ l-organi neċessarji sabiex il-passi jittieħdu u fuq kollox jiġi assigurat li ebda stat membru ma jitħalla abbandunat waħdu.
//= $special ?>