Coronavirus Lokali

Titħabbar mewta oħra kaġun tal-Covid-19 f’pajjiżna

Il-pandemija ħalliet vittma oħra f’pajjiżna –  mara ta’ 79 sena illi mietet fl-isptar Mater Dei. Din hi mewta oħra kaġun tal-Covid-19, bit-total tal-vittmi f’pajjizna issa tela’ għal 429.

Dwar din il-mara li mietet fl-isptar, ma inghatat ebda informazzjoni addizzjonali – lanqas jekk kinitx imlaqqma jew le.

Bejn it-Tlieta u l-Erbgħa kellna 87 każ ġdid ta’ Coronavirus; l-ogħla żieda li kellna s’issa dan ix-xahar għal jum wieħed. Biex b’hekk it-total ta’ każi li ġew irrapurtati din il-ġimgħa jammontaw għal 324.

Il-każi totali rreġistrati minn meta bdiet il-firxa tal-pandemija f’pajjiżna jammontaw għal 35,040.

Fl-aħħar 24 siegħa fiequ 137 persuna…. sabiex it-total ta’ persuni mfejqa issa qed jammonta għal 33,407.

Mill-bulettin tal-Ministeru tas-Saħħa ġie kkonfermat li mill-51 każ imħabbra tul il-jum tat-Tlieta, l-età medja kienet dik ta’ 38 sena.

Dan filwaqt li 40 persuna jinsabu rikoverati fl-Isptar Mater Dei …bi 3 persuni qed jinżammu taħt osservazzjoni fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Sal-jum tat-Tlieta kienu 398,128 -il persuni mlaqqma b’mod sħiħ kontra l-Covid-19.