It-tim tal-Formula 1 Aston Martin irtiraw l-appell tagħhom mal-FIA wara li Sebastian Vettel kien skwalifikat fil-Grand Prix tal-Ungerija wara temm fit-tieni post. L-erba’ darbiet champion tal-Formula 1 tneħħa mill-klassifika finali wara li nstab li kien fadallu inqas minn litru fuel għat-testijiet ta’ wara t-tellieqa, kif stipulat mill-FIA.
Aston Martin aktar kmieni ppreżentaw l-evidenza lil FIA li n-nuqqas ta’ fuel kien kawża ta’ difett fis-sistema tal-fuel, liema difett ma ndunawx bih wara l-Grand Prix. Madanakollu l-istewards inkarigati mit-tellieqa, qalu li r-regoli huma ċari u ma jagħtu l-ebda lok għal ċirkostanzi differenti minn dawk stipulati.
//= $special ?>