SLIEMA ………….. 0
BALZAN ………… 1
Sliema : T.Aquilina, D.Vukovic, M.Beerman, K.Shaw, J.Morales, G.Aquilina, E.Agius, W.Hassan, Y.Uchida, R.Kooh Sohna, J.Engerer
Balzan : V.Vranes, A.Loof, S.Arab, M.Grima, M.Duric, P.Fenech, M.Johnson, U.Ljubomirac, M.Mijic, B.Kaljevic, S.Cipriott
Referee : D.Portelli
Assistenti Referees: A.Camilleri, P.Apap
Balzan kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun meta fit-Tony Bezzina Stadium għelbu lil Sliema bl-iskor ta’ 1-0. Balzan kellhom bidu tajjeb fil-partita u proprju fl-14-il minuta waslet l-ewwel azzjoni perikoluża tagħhom, meta minn freekick dirett Milan Duric ra x-xutt tiegħu jaħbat mal-lasta.
Balzan kienu ferm viċin li jiftħu l-iksor ftit minuti wara, meta x-xutt ta’ Bojan Kaljevic għadda ftit barra mil-lasti difiżi minn Timmy Aquilina. Biex fis-37 minuta waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota min-naħa ta’ Sliema meta x-xutt ta’ Uchida għadda għoli mil-lasti taL-goalkeeper Vranes.
Hekk kif l-ewwel taqsima ntemmet fi skor ta’ 0-0, fit-tieni taqsima iż-żewġ timijiet naqqsu xi ftit mill-intensita’ tagħhom hekk kif ftit li xejn kienu perikolużi lejn il-lasti opposti. Madanakollu hekk kif kollox deher li l-ewwel partita tal-istaġun se tintemm fi draw ta’ 0-0, Balzan skorjaw il-gowl li tagħhom ir-rebħa fit-93 minuta, meta kien MILAN DURIC li b’konklużjoni tajba għeleb lil Aquilina għal skor finali ta’ 1-0.
//= $special ?>