Sport Sport Ieħor

Brian Galea jirbaħ il-ħames MSSF Selection Shoot tat-Trap tas-sena

Brian Galea rebaħ il-ħames avveniment tal-MSSF Selection Shoot tat-Trap tas-sena 2021, b’William Chetcuti jikklassifika fit-tieni post filwaqt li James Galea temm fit-tielet post. Dan l-avveniment ittella’ fuq jumejn fis-Shooting Ranges Nazzjonali f’Ta’ Gandja,  b’75 plattina s-Sibt, u 50 plattina u l-Finali, l-għada l-Ħadd.

Is-sitt Finalisti skond il-Bib number u l-kwalifikazzjoni tagħhom kienu: Emmanuel Bugeja b’total ta’ 118/125, Brian Galea 117/125, William Chetcuti 117/125, James Galea Jr. 116/125, Gianluca Chetcuti 116/125, u Rennie Deguara 114/125.

Ir-Riżultati uffiċjali wara l-Finali kienu: Brian Galea 48/50, William Chetcuti 42/50, James Galea Jr. 32/40, Emmanuel Bugeja 27/35, Gianluca Chetcuti 23/30, Rennie Deguara 17/25