Bejn l-Erbgħa u l-Ħamis kellna 51 każ ġdid ta’ Coronavirus; Biex b’hekk it-total ta’ każi li ġew irrapurtati din il-ġimgħa jammontaw għal 375.
Il-każi totali rreġistrati minn meta bdiet il-firxa tal-pandemija f’pajjiżna jammontaw għal 35,091.
Fl-aħħar 24 siegħa fiequ 118 persuna…. sabiex it-total ta’ persuni mfejqa issa qed jammonta għal 33,525.
Mill-bulettin tal-Ministeru tas-Saħħa ġie kkonfermat li mis-87 każ imħabbra tul il-jum tal-Erbgħa , l-età medja kienet dik ta’ 41 sena.
Dan filwaqt li 42 persuna jinsabu rikoverati fl-Isptar Mater Dei …b’4 persuni qed jinżammu taħt osservazzjoni fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Sal-jum tal-Erbgħa kienu 401,390 il persuni mlaqqma b’mod sħiħ kontra l-Covid-19.
//= $special ?>