“Qas hemm postu fil-Partit Laburista” .. hekk stqarr dwar Joseph Muscat, l-eks Kunsillier tal-Partit Laburista Desmond Zammit Marmara waqt li kien intervistat minn Fr Joe Borg.
Zammit Marmara kompla jgħid li “Il-Partit għandu jaqta’ kull kuntatt minn miegħu”.
Minħabba Joseph Muscat, “l-image tal-Partit Laburista tqatta’ biċċiet”.. stqarr l-eks Kunsillier Laburista. Dan filwaqt li semma li l-fiduċja li kellhom in-nies f’Joseph Muscat ġiet ittraduta.
L-esponent tal-Partit Laburista temm jgħid li “Jekk ma naqtgħux minn żmien Joseph Muscat, il-problemi se nibqgħu ma nsolvuhomx”
//= $special ?>