Lokali

Gvern li ħela ż-żmien wara li ma ntlaħqux il-miri sal-2020

Wara li ma rnexxilux jilħaq il-miri li suppost laħaq sal-2020… issa l-Ministru Aaron Farrugia qed jipprova jaghti x’jifhem li fejn jidħol it-tibdil fil-klima ser ikun qed jilħaq il-miri sal-2030 – ghalkemm qed inessi l-fatt li hafna minn dawn il-miri suppost intlaħqu is-sena l-oħra.

Għalkemm il-Ministru Aaron Farrugia qalilna li għandu pjan… jidher li dan il-pjan mhu xejn għajr tnedija ta’ konsultazzjoni.

U minkejja li l-istess Ministru saħaq li ma jistax jinħela żmien, aktar u aktar wara r-rapport ta’ tħassib li ġie ppublikat kmieni din il-ġimgħa, fil-verita’ Gvern Laburista ħela 10 snin – u miri li suppost intlahqu fl-2020 ser jispiċċaw jintlaħqu fl-2030.

Minn naħa l-oħra… il-PN qed ikompli bil-ħidma tiegħu mill-Oppozizzjoni wara li ħareġ ir-rapport mill-Bord Intergovernattiv dwar it-tibdil fil-klima, bil-Kap tal-PN Bernard Grech iwaqqaf core team fi ħdan il-Partit Nazzjonalista ħalli mill-aktar fis tiġi organizzata Konferenza Nazzjonali dwar it-Tibdil fil-Klima sabiex din il-materja tant importanti għall-futur tagħna titqiegħed fuq l-aġenda nazzjonali.

Bernard Grech stqarr li t-tibdil fil-klima ilu emerġenza għal żmien twil iżda din it-tema dejjem kienet tintefa’ taħt it-tapit u tintesa.