Rapport: Rowen Camilleri
HIBERNIANS…………1 (2)
RIGA………………………4 (4)
Hibernians: I. Kone, F. Apap (E. Beu 106’), L. Almeida, S. Raphael (Z. Grech 120’), J. Grech, J. Degabriele (F. Mensah 120’), B. Kristensen (E. Uzeh 79’), D. Vella (A. Attard 64’), Thaylor, A. Agius, W. Domoraud
Riga: I. Brkic, J. Ortegon, F. Brisola (N. Piscevic 99’), A. Petersons, M. Soisalo, I. Paurevic, Y. Vakulko (Y. Muritala 76’), M. Ngonda, J. Leo (R. Rugins 113’), W. Nata (V. Kamess 61’), A. Cernomordijs
Imwissija: B. Kristensen 4’, L. Almeida 7’, J. Grech 26’, W. Domoraud 34’, J. Degabriele 61’, A. Agius (H) W. Nata 34’, I. Paulevic 96’ (R)
Tkeċċew: J. Grech 90’ (H) V. Kamess 111′ (R)
Skorjaw: J. Leo 49’, I. Paulovic 96’, Y. Muritala 105’, 115’ (R) J. Degabriele 60’ (H)
Referee: Rob Hennesey
Assistenti Referees: Allen Lynch u Emmett Dynan
Hibernians kienu viċin ferm li jiktbu l-istorja meta hekk kif huma kienu prattikament kwalifikati kien gowl fis-96 minuta tal-partita mill-captain ta’ Riga Ivan Paurevic li tefa’ l-partita fil-ħin barrani. Fil-ħin barrani Riga reġgħu skurjaw darbtejn permezz ta’ dopjetta ta’ Muritala li aċċerta mill-kwalifikazzjoni lit-tim mill-Latvja.
Il-partita mill-ewwel bdiet bil-kbir meta Riga ingħataw penalty fl-ewwel minuta tal-partita wara li Jean-Baptiste Leo twaqqa fil-kaxxa minn Andrei Agius. Inkariga mill-penalty il-captain Ivan Paurevic li ra x-xutt tiegħu jiġi milqugħ mill-gowlkiper ta’ Hibernians Ibrahim Kone. Wara 11-il minuta Jake Grech irċieva pass mal-linja mingħand Domoraud u wara li qata’ fuq ġewwa l-Internazzjonali Malti fajjar xutt mid-distanza li għadda ftit barra. Fil-21 minuta Degabriele ra x-xutt mill-viċin tiegħu ikun milqugħ minn Brkic. Fis-36 minuta ċans għal Riga meta l-korner ta’ Soisalo sab lil Cernomordijs li ra d-daqqa ta’ ras tiegħu tgħaddi ftit barra.
Fit-tieni taqsima Riga ħarġu mill-ewwel fuq l-offiża u wara biss minuta, minn azzjoni personali kien Wesley Nata li avvanza u wara li daħal fil-kaxxa prova xutt bix-xellug li iżda għadda barra. Ftit wara fid-49 minuta sfortunatament Hibernians sofrew gowl meta Andrei Agius żamm ħażin il-ballun f’tarf il-kaxxa l-kbira u kien JEAN-BAPTISTE LEO li seraqulu u wara li avvanza prova xutt fil-baxx li għeleb għal kollox lil Kone. Hibernians bdew juru titjieb fil-logħob tagħhom u fis-60 minuta rnexxielhom ukoll iġibu l-gowl tad-dro. Kien Jake Grech li ta’ pass fil-kaxxa lil JURGEN DEGABRIELE li wara li kkontrolla tajjeb b’finezza tefa’ fir-rokna tax-xibka. Fis-77 minuta Riga kienu sfortunati meta l-konklużżjoni mill-viċin ta’ Leo stampat mal-mimduda. Fid-90 minuta Hibernians spiċċaw b’għaxra minn nies meta tkeċċa Jake Grech wara li dabbar it-tieni karta safra. Meta kollox deher li Hibernians kienu kkwalifikaw, fis-96 minuta Muzinga Ngonda tefa kross fil-kaxxa li sab lill-captain ta’ Riga IVAN PAUREVIC li b’daqqa ta’ ras tefa’ l-partita fil-ħin barrani meta għeleb lil Ibrahim Kone.
Fil-ħin barrani Riga komplew jipressaw bi pleyer aktar u fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima kien YNUSA OWOLABI MURITALA li skurja t-tielet gowl għal Riga b’daqqa ta’ ras mill-viċin. Riga aċċertaw mir-rebħa fil-115-il minuta meta reġa kien żball difensiv li ġab lis-sostitut YNUSA OWOLABI MURITALA waħdu ma’ Kone li wara li dar ma’ dan tal-aħħar tefa’ fix-xibka.
//= $special ?>