Lokali

Il-Pulizija jfittxu persuni li setgħu daħlu f’residenza fil-Belt

L-Erbgħa filgħaxija għall-ħabta tal-9.45pm il-Pulizia tad-Distrett tal-Belt issejħu fi Triq il-Punent wara li mara ta’ 68 sena irrappurtat li possibilment kienu daħlu xi persuni fir-residenza tagħha f’din it-triq.

Iċda meta l-Pulizija waslu fil-post, sabu li fir-residenza ma kien hemm ħadd. Madankollu, l-mara qalet li kien hemm arloġġ nieqes.

Mal-bieb, il-Pulizija sabu wkoll xi marki li indikaw li kien sar sgass.

Kif jixhdu dawn il-filmati, il-Pulizija komplew bit-tfitxxijiet fit-toroq tal-madwar għal dawk li setgħu daħlu fr-residenza.  Madankollu dawn it-tfittxijiet irrizultaw fin-negattiv.