Kunsilli Lokali Lokali

Is-Sindku tas-Siġġiewi jibqa’ jwebbes rasu

Fis-Siggiewi, il-Kunsill Lokali mmexxi minn maggoranza tal-Partit Laburista dahal f’kontroversja wara li s-Sindku Dominic Grech ta l-Onorificenza ‘Mertu Siggiewi’ lil Bertu Pace minghajr ma kellu maggoranza ta’ voti biex jaghmel dan. 

Fi Frar li ghadda, kunsilliera tal-Partit Laburista bl-appogg tas-Sindku, Dominic Grech, ressqu isem Bertu Pace sabiex jinghata l-oghla unur li kull sena jaghti l-Kunsill Lokali f’Jum is-Siggiewi – l-Onorificenza ‘Mertu Siggiewi’. 

Iżda minħabba li l-eks deputat Laburista, Bertu Pace huwa msemmi fil-media fuq allegat skandlu ta’ bini ta’ villa fuq art ODZ fis-Siggiewi stess…il-kunsilliera tal-PN oggezzjonaw li Pace jinghata dan l-unur. 

Dakinhar is-Sindku Dominic Grech, l-ewwel beda jirrifjuta li jiehu vot, imbghad meta l-kunsilliera tal-PN insistew li l-pozizzjoni ta’ kull kunsillier ghandha tkun registrata b’mod car permezz ta’ vot, is-Sindku kellu jcedi u talab vot. Il-vot kien gie tlieta favur u tlieta kontra bis-Sindku jonqos milli jiehu Casting Vote. Ghalhekk ma kienx gab maggoranza ta’ voti biex jaghti l-Onorificenza lil Bertu Pace.

Dominic Grech gie mwissi mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali li l-Onorificenza Mertu Siggiewi m’ghandhix tinghata lil Bertu Pace f’dan l-kaz, fejn is-Sindku ma rnexxilux jassigura maggoranza ta’ voti biex jaghmel dan. Izda Dominic Grech xorta ta din l-Onorificenza lil Bertu Pace.

Ftit jiem wara, il-Unit tal-Moniteragg tad-Dipartiment tal-Gvern Lokali infurma lill-Kunsill Lokali li l-ghoti tal-‘Mertu Siggiewi’ lil Bertu Pace kellu jigi dikjarat null. 

Fil-laqgha li saret nhar it-Tnejn 9 t’Awwissu, Dominic Grech rega ressaq isem Bertu Pace ghad-diskussjoni u talab vot fuq jekk ghandux jigi kkunsidrat li jzomm dan l-unur. Ghal dan il-vot is-Sindku Dominic Grech, il-Vici Sindku Rodianne Haber, Kurstein Sant u l-kunsillier Adrian Farrugia maghruf li huwa vicin hafna ta’ Bertu Pace, lkoll vvuttaw favur li Pace… minkejja l-kontroversji ambjentali li sab ruhu fihom… izomm dan l-oghla unur li jaghti l-Kunsill Lokali tas-Siggiewi.

Il-minority leader Alessia Psaila Zammit u-l-kunsilliera tal-PN Julian Borg u Francine Farrugia baqghu konsistenti fil-pozizzjoni taghhom, li tali unur ghandu jinghata lil persuni ezemplari …u ivvuttaw kontra li l-unur jibqa’ ghand Bertu Pace.

Fil-laqgha tat-Tnejn, is-Sindku qal li kien se jibghat l-informazzjoni dwar dan l-vot lid-Dipartiment tal-Gvern Lokali, bit-tama li d-Dipartiment idawwar il-pozizzjoni li ddikjarat nulla l-Onorificenza Mertu Siggiewi. 

F’kumment lil dan l-istazzjon, il-minority leader, Alessia Psaila Zammit qalet li s-Sindku Laburista qed jirnexxilu jgib il-firda f’kull ma jaghmel – inkluz fl-attivitajiet ta’ Jum is-Siggiewi. Fuq kollox huwa Sindku li jmexxi interessi partiggjani qabel l-interessi tal-lokalitá.

Hi sostniet li bl-agir tieghu is-Sindku rema l-principji bazici tad-demokrazija u jekk id-Dipartiment jaccetta li jdawwar tali pozizzjoni fuq l-Onorificenza Mertu Siggiewi lil Bertu Pace, se jkun qed jghaddi messagg li Sindku jista jaghmel li jrid …..imbghad jitlob vot wara biex jissigila agir mhux accetabbli. Hi qalet li l-kunsilliera tal-PN se jibqghu jahdmu kontra dan l-agir mhux xieraq mit-tmexxija tal-PL fis-Siggiewi.