Lokali

“Is-sistema tal-COLA għandha tinbidel”

Is-sistema li biha tiġi kkalkulata l-COLA ghadha tigi riveduta. Dan sabiex iz-zieda ghall-gholi tal-ħajja tkun verament tirrifletti il-bzonnijiet ta’ dawk bid-dħul baxx, il-pensjonanti, u dawk fi gruppi soċjali li qed jiffaċjaw problemi biex jgħixu ħajja diċenti u biex b’hekk ikunu f’anqas riskju li jaqgħu fil-faqar.

Din hija wahda minn diversi proposti li tressqu mill-Ghaqda tal-Pensjonanti, bi thejjija ghall-Budget 2022.

L-Ghaqda Nazzjonali tal-Pensjonanti qalet li s-sistema preżenti li tikkalkola l-ogħli tal-ħajja fuq l-Indici tal-Prezzijiet….ma tirriflettix il-vera sitwazzjoni tal-familji u l-anzjani. Ghalhekk, ghandu jinsab metodu aktar effiċjenti – xi ħaġa li dwarha ilhom żmien twil jitkellmu anke l-imsieħba socjali.

L-Għaqda qed tipproponi wkoll li l-Pensjoni Minima Nazzjonali tiżdied għall-livell fejn persuna ma tibqax iktar f’riskju li taqa’ fil-faqar. Filwaqt li ghandhom jigu indirizzati d-diskrepanzi fil-pensjonijiet ezistenti.

Fost id-diversi proposti li saru, jissemma anke it-trasport pubbliku …u li dan għandu jkun  b’xejn għal dawk li huma minn 60 sena ‘l fuq.