Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ġew organizzati il-Kampjonati taż-Żgħażagħ fl-istadium tal-Marsa. Matul dawn il-kampjonati saru madwar 60 avveniment bil-parteċipazzjoni ta’ 156 atleta minn 14-il club differenti.
Il-protagonist ta’ dawn il-kampjonati kien l-atleta ta’ La Salle Matthew Gale Soler, fejn rebaħ xejn inqas minn 5 avvenimenti, fosthom il 100 metru, il-200 metru, l-400 metru, it-800 metru kif ukoll kien parti mit-tim tar-relay tal-4×100 metru. Bħal Soler, l-atleta ta’ Pembroke Athleta iddominat il-kategorija tan-nisa, fejn rebħet il-100 metru, 200 metru, 400metru, il-long jump kif ukoll kienet parti mit-tim tar-relay tal-4×100 metru.
Julian Zarb kellu kampjonati mill-aqwa hekk kif rebaħ l-1500 metru, it-3000 metru kif ukoll il-1500 metru steeplechase, fejn f’dawn tal-aħħar waqqaf rekord ġdid fil-kampjonati. Fil-kategorija ta’ taħt l-14-il sena Luca Gerada kellu suċċess f’diversi avvenimenti fosthom fil-1oo metru, fil-hammer throw, fil-javelin kif ukoll kiser ir-rekord tal-eta’ tiegħu fix-shot put, b’ Thea Parnis Coleiro tirbaħ il-100 metru u t-300 metru tat-tfajliet, filwaqt li kienet parti mit-tim tar-relay.
Chanelle Bezzina rebħet is-600 metru bl-aqwa ħin personali filwaqt li temmet fit-tieni post fl-1200 metru, wara Thea Grech ta’ La Salle. Spikkaw ukol ll-atleti Alessandro Desira fis-600 metru y fl-1200 metru, kif ukoll Hailey Ballucci fil-javelin u fid-discus kif ukoll Bianco Shoemake il-hammer u fix-shot put, fejn waqfet rekords ġodda fil-kampjonati.
Il-president ta’ Athletics Malta Andy Grech, kellu kliem ta’ tifħir għall-atleti Maltin fejn minkejja s-sena diffiċli għal dawn l-atleti, huma wrew perseveranza u komplew bit-taħriġ tagħhom. Grech wera wkoll l-apprezzament tiegħu lejn il-kowċis li jżommu lill-atleti Maltin motivati, fejn stqarr li r-riżultati miksuba f’dawn il-kampjonati jimlewh bil-kuraġġ għall-prospetti futuri tal-atletika Maltija.
//= $special ?>