Lokali

Ma tiġġeddidx il-kariga ta’ Mark Camilleri fit-tmexxija tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb

“Il-Ministru Justyne Caruana sempliċiment talbitni ċ-ċwievet”. Hekk kiteb Mark Camilleri li sal-lum kien iċ-Chairman Eżkeuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb hekk kif intemmlu l-kuntratt f’din il-kariga.

Il-kittieb u eks delegat tal-Partit Laburista qal li fis-seba’ snin li ilu fit-tmexxija tal-Kunsill, hu bena entità sħiħa u li kien sar martri tax-xogħol sabiex l-industrija Maltija tal-ktieb tiġi salvata.

Camilleri kiteb li l-unika raġuni li hu rnexxielu jibqa’ fil-kariga waqt l-amministrazzjoni Laburista kienu l-awturi u l-pubblikaturi li tawh is-sapport tagħhom kontinwament.

“Huwa ta’ dieqa li ma ngħatajtx tislima kif suppost”, għalaq jikteb fuq Facebook Mark Camillerim “imma fil-ħajja ma nistenniex wisq”. Camilleri kiteb li m’għandu ndiema ta’ xejn u li se jerġa jirritorna.