Għawdex Lokali

“M’hemmx bżonn li ssir il-mina” – il-President tal-GTA

“M’hemmx bżonn li ssir mina bejn Malta u Għawdex”. Hekk saħaq il-President tal-Assocjazzjoni Ghawdxija tat-Turizmu Joe Muscat meta kien kowtat mill-gazzetta Malta Business Weekly..

Fi kliem Joe Muscat, l-assoċjazzjoni tinsab inkwetata li jekk il-mina ssir, Għawdex ser jitlef il-valur tiegħu u l-identita unika li għandu sal-ġurnata tal-lum. Joe Muscat saħaq li hu dejjem emmen li Għawdex m’għandux jiġi kopja ta’ Malta iżda għandu jżomm l-identita tiegħu …għaliex f’każ li din titilef, Għawdex ser jispiċċa wkoll inaqqas l-ammont ta’ turiżmu – xi ħaġa li ma jistax jaffordja li tiġri.

Il-bżonn tal-mina jkompli jonqos ukoll minħabba li preżentement l-Għawdxin u dawk kollha li jixtiequ jivvjaġġaw bejn Malta u Għawdex għandhom diversi metodi sabiex jagħmlu dan faċilment.

Apparti li ġie introdott is-servizz tal-fast ferry… xi ħaġa li l-Partit Nazzjonalista kien ilu jitkellem dwarha… issa l-Partit Nazzjonalista qed jipproponi wkoll li jitkabbar il-port ta’ l-Imġarr biex dan ilaħħaq mal-bżonnijiet tal-passiġieri u l-pjan tal-port ikun jinkludi wkoll aktar spazju għall-parkeġġ kemm għal min jaqsam lejn Malta fuq qadi kif ukoll għal dawk li jmorru Għawdex u jibqgħu igawdu l-faċilitajiet tal-port. Tkabbir tal-port li jwassal ukoll sabiex cruiseliners ikunu jistgħu jitrakkaw. Apparti minn hekk il-PN qed jipproponi żewġ vapuri oħra li jkunu ġodda; wieħed għall-passigieri u wieħed iddedikat għall-merkanzija, kif ukoll qed jikkonsidra servizzi bl-ajru bejn il-gżejjer.. xi ħaġa li anke żżid l-ammont ta’ impjiegi fis-settur tal-avjazzjoni u li dwarha jaqblu anke l-GTA.