Lokali

AĠĠORNATA: Kontrollati n-nirien li ħakmu parti mill-Eden Cinemas ta’ San Ġiljan

Ritratt: Martin Agius

Kmieni dalgħodu, numru ta’ pumpieri ssejħu f’Paceville sabiex jikkontrollaw nar li żviluppa fis-swali taċ-ċinema tal-Eden Leisure Group.

Ir-rapport wasal għand is-CPD għall-ħabta tat-8am, hekk kif f’dak il-ħin dehret tiela daħna kbira sewda mill-inħawi ta’ San Ġiljan. F’temp ta’ siegħa, in-nar ġie kontrollat.

Fil-post waslu erba’ units tat-tifi tan-nar, kif ukoll uffiċjali tal-Pulizija.

Dwar il-każ għaddejin l-investigazzjonijiet.