Biċċa minn kejk li kien ippreżentat għal waqt it-tieġ irjali, fl-1981, tal-Prinċep Charles tal-Ingilterra u l-mibkija Prinċipessa Diana inbiegħet għas-somma ta’ 1,850 Sterlina waqt irkant organizzat online.
Din il-biċċa kejk kienet ingħatat lil Moyra Smith, eks membru tal-istaff tar-Reġina Omm fi Clarence House, u li żammitha għal dan iż-żmien kollu fil-cling film bil-għan li t-tiżjin ta’ fuq il-kejk jibqa’ preservat.
Ingħad li għat-tieġ famuż kien hemm 23 kejk uffiċjali, b’din il-biċċa kejk tinkludi tiżjin ikkulurit bil-coat-of-arms irjali u li baqa’ intatt daqslikieku kien ippreparat ilbieraħ. Intant, il-biċċa kejk inxtrat minn Gerry Layton, residenti ta’ Leeds li jikri d-dgħajjes lussużi, bl-organizzaturi tal-irkant jibqgħu mistgħaġbin dwar il-prezz involut meta qabel huma kienu qed jistennew li s-slice partikulari kellu jinbiegħ għal massimu ta’ 500 Sterlina.
//= $special ?>