Futbol Sport

Romelu Lukaku jirritorna ma’ Chelsea

L-attakkant Belġjan ta’ 28 sena Romelu Lukaku reġa’ ssieħeb lil Chelsea mingħand Inter għas-somma ta’ £97.5 miljun. Lukaku iffirma kuntratt ta’ ħames snin, wara li kien ħalla lill-istess Chelsea fl-2014 biex issieħeb ma’ Everton. L-attakkant qal li dan it-trasferiment ġie fil-mument it-tajjeb fil-karriera tiegħu hekk kif għadu ġej minn staġun mill-aqwa ma’ Inter, fejn minbarra li għinhom jirbħu s-Serie A, hu temm l-istaġun b’ 24 gowl u 11-il assist.

It-trasferiment ta’ Lukaku, issa jiftaħ it-triq biex l-attakkant Ingliż Tammy Abraham jkun jista’ jiċċaqlaq b’Arsenal kif ukoll Roma jidhru li huma l-favoriti li jiksbu lill-attakkant ta’ 23 sena.