Ħelikopter tat-tip Mi-8 li kien qed jintuża għall-vjaġġi bit-turisti ġġarraf u niżel fil-qigħ tax-Xmara Kurile, fil-Penisola ta’ Kamchatka,lejn il-Lvant Imbiegħed tal-pajjiż.
L-aħħar rapporti qalu li salvaw tmienja fost is-sittax li kienu abbord u meta l-ħaddiema mal-Ministeru Russu għall-emerġenzi qed ifittxu għall-persuni rappurtati nieqsa.
Mifhum li fil-ħin tat-traġedja, il-ħelikopter kien qed iġorr tlettax il-turist, fosthom tfajjel, u ekwipaġġ ta’ tlieta. Intant, il-ħelikoper niżel f’qigħ ta’ 137 metru li hu wisq fil-fond biex il-bugħaddasa jwettqu xogħol effettiv. Għaldaqstant kien mistenni li jintuża tagħmir speċjalizzat għal ħidma delikata ta’ emerġenza fl-aktar ibħra fondi.
Il-ħelikopter imġarraf hu l-proprjetà tal-kumpanija Vityaz-Aero.
//= $special ?>