Lokali Transport

Ryanair b’rotot diretti lejn Tel Aviv, Parma u Lisbona

Il-Linja tal-ajru low cost Ryanair nediet tliet rotot ġodda li se jkunu qed joperaw bejn pajjiżna u Tel Aviv, Parma u Lisbona mix-Xitwa li ġejja. Il-linja tal-ajru se tkun qed topera żewġ titjiriet fil-ġimgħa minn u lejn dawn l-ibliet.

Dan ħabbru David O’Brien, il-Kap Eżekuttiv ta’ Ryanair waqt konferenza tal-aħbarijiet.

O’Brien spjega kif Ryanair, permezz ta’ dawn ir-rotot se tkompli tgħin sabiex jissaħħaħ il-qasam tat-turiżmu f’pajjiżna – vizjoni li kien hadem fuqha snin ilu il-PN meta gibed lejn Malta dawn il-linji tal-ajru.

Huwa qal li s-snea li għaddiet biss vjaġġaw bejn Malta u Tel Aviv mal-20,000 passiġġier li lkoll kellhom jgħaddu minn pajjiżi oħra qabel waslu pajjiżna. Issa r-rotta diretta se tkun qed tiffaċilita t-turiżmu bejn iż-żewġ pajjiżi, kif ukoll se jagħmlu r-rotot ta’ Parma u Lisbona.

Fl-isfond ta’ dik li hija s-sitwazzjon inkwetanti għal dak li hu tibdil fil-klima, O’Brien qalilna li Ryanair qed tagħmel ukoll parti importanti f’dan il-qasam billi topera rotot diretti u li jkunu qed jithaddmu b’kapaċità massima għal dawk li huma passiġġieri.

Intant fl-aħħar konferenza ta’ aħbarijiet li għaliha kien preżenti David O’Brien, l-istazzjon Laburista uża lill-istess Kap Eżekuttiv tar-Ryanair biex infexx f’attakk partiggjan kontra Net News.

Staqsejna lil O’Brien kienx konxju tal-fatt li ntuża għal dan il-għan, madankollu hu wieġeb li ma kienx konxju dwar dan il-fatt.

Jidher li wara li Net News ħareġ rapport dwar kif il-Ministru Ian Borg kien qed iniedi servizz li l-eks Minisru Laburista Konrad Mizzi kien iqisu bħala l-baby tiegħu, il-Ministru Borg ħa fastidju, tant li jidher li ddeċieda li juża lill-ġurnalisti tal-partit tiegħu biex jattakkaw lil ġurnalisti oħra b’mod partiġġjan u juża l-kummenti tal-Kap Ezekuttiv ta’ Ryanair biex iwettaq dan l-attakk.