Net News hu informat li l-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) se tissospendi d-direttivi fiċ-ċentri tas-saħħa. Dan wara li d-Dipartiment tal-Kura Primarja, li hu responsabbli fost oħrajn għat-tħaddim taċ-ċentri tas-saħħa, qabel li it-triage ikun immexxi minn tobba u mhux minn ħaddiema oħra tas-saħħa.
Triage hu l-proċess li bih pazjenti li jidħlu fiċ-ċentri tas-Saħħa jew fid-Dipartimenti ta’ Emerġenza fl-isptarijiet, jingħataw prijorita għall-kura skont is-severita’ tal-kundizzjoni tagħhom. L-MUMN qalet li d-Dipartiment se jwaqqaf tim multidixxiplinarju li jinkludi tabib, infermier, skrivan u uffiċjal tas-sigurta’.
Dan is-sit jista’ jikkonferma li l-MUMN informat b’dawn l-iżviluppi lill-membri tagħha u wissiet li jekk id-Dipartiment tal-Kura Primarja ma jimplimentax dak li kien maqbul fil-jiem li ġejjin, il-union toħroġ direttivi oħrajn mingħajr preavviż ieħor.
//= $special ?>