Kmieni t-Tlieta filgħodu, fjamingu sebaħ jistrieħ fuq il-bajja tal-Mixquqa f’Għajn Tuffieħa.
Minnufih fuq il-post waslu membri tal-RIU sabiex jassiguraw li ħadd ma javviċina lil din it-tajra tant sabiħa u li hija protetta.
Numru ta’ nies li waslu kmieni fuq din il-bajja dehru jieħdu r-ritratti u filmati tal-fjamingu li deher li ma ddejjaq xejn minn nies preżenti.
Għall-ħabta tad-disgħa il-fjamingu tar għal fuq Il-baħar u ġibed lejn Il-bajja ta’ Għajn Tuffieħa ftit il’ bogħod mill-bajja tal-Mixquqa.
Jidher li dan il-fjamingu ma kienx waħdu għaliex nies li tkellmu ma’ Net News saħqu li ntlemaħ ukoll fjamingu ieħor ftit il’ bogħod.
//= $special ?>