Lokali

Żoni f’Ħal Qormi u ż-Żurrieq mill-ġdid bla dawl

Jum ieħor… u għal darb’oħra diversi residenti qed jesperjenzaw problema fil-provvista tad-dawl.

Filfatt diversi Qormin u Żrieraq li tkellmu ma’ Net News irraportaw li llejla reġgħu spiċċaw mingħajr provvista tal-elettriku.

Din is-sitwazzjoni ta’ ħsarat u interruzzjonijiet fil-provvista tal-elettriku ilha tkarkar għal aktar minn ġimgħa f’diversi lokalitajiet, u qed toħloq inkonvenjent kbir għar-residenti.