Lokali

Bi ġrieħi gravi wara li waqgħet minn fuq ċint

Mara ta’ 53 sena minn San Pawl il-Baħar qed issofri minn ġrieħi gravi wara inċident li seħħ fil-Marsa.

Għal ħabta tas-07:30 il-Pulizija ġiet infurmata li waqgħet persuna minn għoli fi Triq il-Korsa l-Antika, il-Marsa.

Il-Pulizija tad-Distrett marret fuq il-post u minn stħarriġ li sar irriżulta li l-mara residenti San Pawl il-Baħar waqgħet minn fuq ċint.

Tim mediku ta l-assistenza fuq il-post u l-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.