Futbol Sport

Bidu mill-aqwa għal Brentford

Brentford City kellhom bidu mill-aqwa fl-għola diviżjoni fl-Ingilterra meta f’darhom għelbu lil Arsenal bl-aktar mod konvinċenti f’rebħa ta’ 2-0.

Bit-tim ta’ Mikel Arteta jkollu numru ta’ player importanti neqsin, fosthom il-captain Pierre Emerick Aubameyang u Alexander Lacazette, kien it-tim ta’ Thomas Frank li kien l-aktar perikoluż matul id-disgħin minuta. Brentford fetħu l-iskor wara 22 minuta meta kien l-eks player ta’ Liverpool Sergi Canos fejn wara li dar mad-difensur ta’ Arsenal kkonkluda fuq l-ewwel lasta b’xutt fil-baxx.

B’Arsenal jonqsu milli jwettqu reazzjoni, kienu Brentford li rduppjaw fit-73 minuta u b’hekk għalqu l-partita meta minn throw-in fit-tul kien Christian Noergaard li approfitta min-nuqqas ta’ attenzjoni fid-difiża ta’ Arsenal u għamilhom 2-0.

PREMIER LEAGUE
Illum:
Brentford v Arsenal 2-0 Għada: Man Utd v Leeds 1.30pm, Leicester v Wolves 4.00pm, Chelsea v C’Palace 4.00pm, Watford v Aston Villa 4.00pm, Everton v Southampton 4.00pm, Burnley v Brighton 4.00pm, Norwich v Liverpool 6.30pm Il-Ħadd: Newcastle v West Ham 3.00pm, Tottenham v Man City 5.30pm