L-isprinter Ingliż Chijundu CJ Ujah ġie sospiż minn kull kompetizzjoni wara li ttestja pożittiv għal sustanza pprojbita. Ujah, li għandu 27 sena, kien parti mit-tim tar-relay 4×100 metru tal-irġiel tar-Renju Unit li kiseb il-fidda fl-Olimpjadi ta ’Tokyo 2020 dan ix-xahar. L-Integrity Unit tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-atletika isspospendietu wara li fit-test irriżulta pożittib għas-sustanzi projbiti Ostarine u S – 23 .
Enobosarm, jew Ostarine, huma elenkat bħala anaboliku ipprojbit f’kull ħin – fil-lista ta ‘ sustanzi pprojbiti mill-Aġenzija Dinjija Kontra d-Doping. Ujah, kien rebaħ il-100m fil-Kampjonati Ingliżi f’Ġunju biex ingħażel għall-Olimpijadi u kien parti mit-tim tar-Renju Unit li tilef il-finali 4 X 100 metri fil-konfront tal-Italja fejn huwa kien fl-ewwel fażi tal-finali. Ir-regoli Kontra d-Doping tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Atletika huma ċari fejn jiddikjaraw li f’każijiet fejn atleta li jirriżulta pożittiv u ikkompeta bħala membru ta ‘tim ta’ relay, “it-tim ta ‘relay għandu jkun awtomatikament skwalifikat mill-avveniment in kwistjoni, bil-konsegwenzi kollha li jirriżultaw għat-tim ta’ relay, inkluż il-konfiska tat-titoli kollha, premjijiet, medalji, punti u flus tal-premju u d-dehra “. Ujah jista ‘jitlob analiżi tal-kampjun B – miżmum waqt li l-kampjun A jiġi analizzat – u jekk dan jikkonferma li jkun pożittiv il-każ jiġi riferut lid-Diviżjoni Kontra d-Doping tal-Qorti ta’ l-Arbitraġġ għal Sport .
//= $special ?>