Lokali

Il-fundatriċi tal-Karl Vella Foundation titkellem dwar il-battalja tagħha kontra l-kanċer

Accept Analitiċi cookies to view the content.

Il-fundatriċi ta’ Karl Vella Foundation, Claire Chircop tkellmet dwar il-battalja tagħha kontra l-kanċer.

F’post fuq facebook f’għeluq sninha, Claire qasmet l-esperjenza tagħha dwar dak li għaddejja minnu bħalissa f’ħajjitha. Hija tispjega kif bħalissa tinsab rikoverata fi sptar fl-Ingliterra wara li sarilha trapjant tal-mudullum.

Claire kitbet kif din l-aħħar sena ma kinitx waħda faċli għaliha kif ukoll għall-familja tagħha iżda s’issa bl-għajnuna ta’ Alla u ta’ ħafna nies, irnexxielhom jibqgħu mexjin ‘il quddiem. Tgħid kif din l-esperjenza għallmitha ħafna hekk kif saret tapprezza l-iktar affarijiet sempliċi fil-ħajja li qabel kienet tieħu foregranted.

Tgħallmet kif għandha tgħix ġurnata b’ġurnata għax għada ħadd ma rah. “Is-sigriet huwa li wieħed jaċċetta dak li jkun għaddej minnu u japprezza l-ħajja…. dan għeni biex ngħix din l-esperjenza b’paċi f’qalbi”… tikteb Claire Chircop.

Fil-post tagħha ma naqasx li Claire trodd ħajr lil dawk il-persuni kollha li qed jgħinuha f’dan il-vjaġġ…. lir-raġel.. lit-tfal u lill-ġenituri. Hija rringrazzjat ukoll lill-diversi persuni oħra u diversi oragnizzazzjonijiet fosthom Puttinu Cares u l-malta Community Chest Fund.

Fl-2014 Claire flimkien ma’ Rose Vella, mart Karl Vella kienu waqqfu l-Karl Vella Foundation. Din il-fondazzjoni kienet twaqqfet bħala memorja għal Karl Vella li kien tilef il-battalja kontra l-kanċer fl-età ta’ 37 sena.

Il-Karl Vella Foundation tipprovdi edukazzjoni u assistenza psikoloġija lil dawk it-tfal li l-familja tagħhom tkun għaddejja minn mard serju.

Claire Chircop twiegħed li din l-esperjenza li għaddejja minnha se tkompli tagħtiha iktar determinazzjoni sabiex taħdem iktar u tkompli tgħin lil dawk it-tfal li għaddejjin minn esperjenzi simili bħal tal-familja tagħha.

Wieħed jista’ jagħti donazzjoni lil din il-fondazzjoni permezz ta’ Revolut jew APS:

REVOLUT (+356) 77532568

BANK TRANSFER – APS BANK

ACCOUNT NUMBER: 20001489503

SWIFT/BIC: APSBMTMT

IBAN: MT85APSB77127007762320001489503

BENEFICIARY: KARL VELLA FOUNDATION