Il-każi ġodda tal-COVID-19 rapurtati f’temp ta’ 24 siegħa reġgħu qabżu l-100 hekk kif il-paġna ta’ Facebook tal-Awtoritajiet tas-saħħa rrapurtat mija u każ ġdid tal-virus minn fost 3,597 swab test. Dan filwaqt li fl-aħħar sigħat fiequ total ta’ 119-il persuna biex b’hekk il-każi attivi f’Malta u f’Għawdex qed jammontaw għal 723.
B’xorti tajba, ma kienet rapurtata ebda fatalità biex b’hekk l-imwiet tal-Coronavirus jibqgħu 429.
Bħalissa fl-isptar Mater Dei hemm 36 pazjent rikoverati minħabba l-virus u li 4 minnhom jinsabu fit-taqsima tal-kura intensiva.
//= $special ?>