“Jien nemmen iva, li l-Partit għandu jaqta’ kull kuntatt minn miegħu… naħseb li qas biss hemm postu fil-Partit Laburista llum.“
Hekk stqarr l-eks kunsillier Laburista Desmond Zammit Marmara meta kien qed jikkummenta dwar l-eks Prim Ministru Joseph Muacat, f’intervista li saritlu mill-prezentatur ta’ Newsbook Fr Joe Borg.
Zammit Mamara qal li għalkemm Joseph Muscat irriżenja minn Prim Ministru u minn Mexxej tal-Partit Laburista, dan mhux biżżejjed… u għalhekk ma jistax ikun iktar parti mill-Parit Laburista – xi haga li ilu jishaq dwarha il-Kap tal-PN Bernard Grech, bil-Prim Ministru jonqos milli jiehu azzjoni.
Desmond Zammit Marmara fakkar li hu kien wieħed minn dawk li fl-2008 ivvota sabiex Joseph Muscat jieħu t-tmexxija tal-Partit Laburista – iżda issa jinsab diżappuntat b’dak kollu li seħħ.
“Inħoss li wara li ġew żvelati diversi affarijiet fuq dak li sar dak iż-żmien meta kien hemm it-tmexxija ta’ Joseph Muscat inħossni xi ftit iddiżappuntat għax minħabba f’hekk qed ibati ħafna l-PL u qed jaqla’ ħafna kritika kemm Malta kif ukoll bara minn Malta u nħoss li dik il-fiduċja li kellna f’Joseph Muscat, inħoss li kienet ġiet ittraduta.“
B’Zammit Marmara jgħid li Muacat jibqa’ responsabbli għal dak li seħħ fl-ahhar snin.
“Huwa kien politkanet responsabbli ta’ dak li sar u allura nħossni diżappuntat ħafna.“
Huwa żied jgħid li hu importanti li wieħed jibqa’ jagħti każ il-valuri, u mhux jimbarka fuq politika li wieħed jirbaħ akkost ta’ kolllox.
“Aħna ma rridux li npoġġu r-rebħa qabel kollox…hemm valuri fil-PL.”
Saħaq li b’dak kolli li seħħ matul dawn l-aħħar snin, spiċċat ittappet l-immaġini tal-Partit Laburista.
“Ma nistgħux ninsew ċerti reponsabbiltà kif l-image tal-PL tqatta’ bicciet… intefa’ fit-tajn…ma nistgħux ninsew dak li seħħ… ma nistgħux ninsew li kien hemm nies qrib l-OPM.. anzi parti mill-uffiċċju tal-Prim Ministru li kienu involuti f’dawn l-affarijiet kollha.”
Zammit Marmara qal li llum il-ġurnata fil-politika ma nistghux nibqgħu opportuninisti. Għalkemm stqarr li uħud mill-politiċi qegħdin hemm biss biex jaraw x’jistgħu jakkwistaw.