F’dawn il-jiem mill-iktar iebsa u diffiċli għall-popli ta’ mill-anqas seba’ pajjiżi differenti, li qed jesperjenzaw nirien qawwija kkawżati mit-tibdil fil-klima, l-Partit Nazzjonalista jingħaqad ma’ diversi partiti u pajjiżi oħra u jesprimi s-solidarjetá sħiħa.
Fi stqarrija maħruġa mill-Kelliem għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Carm Mifsud Bonnici u mis-Segretarju Internazzjonali Roselyn Borg Knight, il-Partit Nazzjonalista qal li dan huwa mument partikolari ta’ popli li qegħdin jibku numru kbir ta’ persuni li ntilfu kawża ta’ dawn in-nirien… Dan kollu huwa mument ta’ riflessjoni, mument fil-kriżi tal-bidla fil-klima li ma aħniex nieħdu bis-serjetá biżżejjed.
Proprju għalhekk li l-Partit Nazzjonalista filwaqt li jesprimi s-solidarjetá tiegħu jappella biex din il-ġlieda neħduha anke fuq livell nazzjonali. Tant li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fl-aħħar jiem ħabbar li l-Partit Nazzjonalista se jkun qed jorganizza konferenza nazzjonali bl-iskop li jiddiskuti din il-problema u joffri soluzzjonijiet.
//= $special ?>