Aktar tard matul din is-sena, il-UEFA mistennija tbiddel ir-regola tal-Financial Fair Play. Din ir-regola li kienet daħlet fis-seħħ fl-2009 sabiex il-klabbs jonfqu dak li huma jistgħu biss, mistennija tinbidel hekk kif ħafna minn dawk li huma nvoluti qed jaraw din ir-regola bħala waħda ineffettiva.
Kawża tal-kriżi finanzjarja li ġabet magħha l-pandemija tal-Covid-19, il-UEFA mistennija toħloq sistema aktar effettiva fejn se jkun hemm mekkaniżmu li jikkontrolla l-infieq tal-klabbs. Il-UEFA trid li r-regoli l-ġodda jiffukaw fuq l-infieq tal-pagi u tat-trasferimenti tal-klabbs u se tkun qed tintroduċi limitu fuq is-salarju tal-players u taxxa fuq it-trasferimenti.
Il-UEFA qed tikkalkula li l-klabbs fl-Ewropa tilfu dħul ta’ £7.5 biljuni minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Qabel ma bdiet l-Euro 2020, il-President tal-UEFA Aleksander Ceferin insista li l-futbol madwar l-Ewropa kellu bżonn bidla fir-regoli sabiex ikollu sostennibilità finanzjarja.
//= $special ?>