Lokali Qorti

Jammetti li għamel frodi romantiku biex seraq €58,000 flimkien ma’ persuni oħra

Raġel ammetta li wettaq frodi romantiku u kien ikkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin u mmultat €10,000.

Il-każ imur lura għal Awwissu tas-sena li għaddiet, meta grupp ta’ persuni – inkluż ir-raġel – qarrqu b’mara u ħolqu storja ta’ suldat Amerikan stazzjonat l-Afganistan li kien lest jiġi Malta biex jiltaqa’ magħha.

Il-mara kienet emmnet din l-istorja u għaddiet €58,000, dejjem mingħalija li dan is-suldat ġej Malta. Fil-Qorti, il-ħames akkużati kienu wieġbu mhux ħatja, iżda issa wieħed minnhom ammetta l-akkużi kontrih.

Barra minhekk, il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech ordnat lir-raġel iħallas lill-mara €11,000 fi żmien sitt xhur.