Sitt persuni tilfu ħajjithom fi sparatura fi Plymouth, fosthom tifla ta’ li għandha inqas minn għaxar snin. Fl-istess sparatura ndarbu diversi persuni oħra.
Il-Pulizija ta’ Devon u Cornwall ikkonfermaw li żewġ nisa u żewġt irġiel instabu mejta fuq il-post f’Keyham – flimkien ma’ raġel li hu maħsub li huwa l-persuna suspettata li wettqet ir-reat. Jidher li r-raġel huwa Jake Davison li għandu 23 sena.

L-inċident seħħ il-Ħamis filgħaxija għall-ħabta tas-sitta. Din l-isparatura qed titqies bħala l-agħar mass shooting li seħħ fir-Renju Unit matul f’dawn l-aħħar għaxar snin.
Persuni li kienu fuq il-post qalu li l-ewwel semgħu diversi għajjat segwit minn sparar, bejn tlieta u erbgħa. Imbagħad il-persuna li wettqet ir-reat beda jħabbat fuq bieb ta’ dar u jispara bl-addoċċ. Huwa kompla jispara sakemm wasal f’park fil-viċinanzi u qatel tliet persuni oħra.
