Futbol Sport

Juventus b’laqgħa oħra ma’ Sassuolo dwar Locatelli

(Ritratt: EPA)

Juventus qed jersqu aktar viċin li jakkwistaw lill-midfielder ta’ Sassuolo Manuel Locatelli bil-midfielder Taljan ikompli jippersisti li jissieħeb mal-klabb minn Turin.

Jidher li Juventus qed joffru €32 miljun filwaqt li Sassuolo jidher li jridu €35 miljun għall-midfielder. Dan il-fatt jidher li qed iżomm in-negozjati weqfin bejn iż-żewġ klabbs hekk kif ma tistax tintlaħaq formula dwar kif se jkun qed isir il-ħlas.