Id-delegat tal-EHF Marylyn Agius ġiet nominata biex tifforma parti mill-Kummisjoni Dixxiplinarja tal-EHF Championship tal-Irġiel li se jsiru f’Riga l-Latvja bejn nhar it-Tnejn u t-22 ta’ Awwissu. Il-partiti kollha se jkunu qed jintlagħbu fl-Elektrum Olympic Arena.
B’kollox hemm seba’ timijiet qed jieħdu sehem f’din il-kompetizzjoni b’timijiet jinqasmu fi Grupp A u Grupp B. Is-seba’ timijiet li se jieħdu sehem huma l-Olanda, it-Turkija, l-Montenegro, Kosovo, Rumanija, Lussemburgu u lill-Latvja bl-aqwa timijiet jikkwalifikaw għall-IHF World Championship.
//= $special ?>