“Huwa importanti li ngħatu ġieħ lix-xogħol li sar min dawk ta’ qabilna, u l-aħjar mod li nagħmlu dan hu billi nkomplu l-ħidma ta’ restawr f’diversi opri li ghandna madwar pajjiżna”.
Hekk stqarr il-Kappillan tal-parrocca ta’ Ħ’Attard Dun Joseph Grech meta kellimna fuq ir-restawr riċenti li tlesta fuq il-faċċata tal-knisja parrokkjali ta’ H’Attard.
Dun Joseph Grech qal li dan ir-restawr jfisser ħafna, kemm għan-nies ta’ Ħ’Attard, kif ukoll għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin.
Il-Perit Herman Bonnici inkarigat biex jieħu ħsieb dan il-proġett fisser ma’ Net News l-istat gravi li kienet tinsab fih il-faċċata qabel ma’ beda ir-restawr.
Ir-restawr kien ilu għaddej għal diversi xhur u matul dan ir-restawr il-ħaddiema iltaqaw ma’ diversi diffikultajiet, fejn riedu jirreplikaw ix-xogħol tal-arkitett prinċipali – li kien ukoll residenti ta’ Ħ’Attard – Tumas Dingli.
Ir-restawr fuq il-faċċata tal-Knisja ġie jiswa’ madwar 61,000 ewro u huwa frott tal-għajnuna mill-fondi Ewropej għar-restawr tal-wirt kulturali Malti.
//= $special ?>