Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku li, wara informazzjoni li rċieva permezz tal-operatur stess, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat għaliex instab li fih ingredjent li potenzjalment huwa kkontaminat bl-Ethylene oxide.
L-Ethylene oxide huwa pestiċida li l-użu tiegħu fl-ikel mhuwiex awtorizzat fl-Unjoni Ewropeja, iżda hu awtorizzat f’pajjiżi barra l-UE. Għalkemm il-konsum tal-prodott mhux ta’ riskju immedjat, hemm riskju ikbar jekk ikel differenti li jkun ikkontaminat b’din il-kimika jittiekel għal perjodu ta’ żmien.
Għaldaqstant, wieħed għandu jnaqqas kemm jista’ jkun il-konsum ta’ prodotti li jkun fihom din il-kimika, anke jekk f’livell baxx. Din it-twissija qed tinħareġ ukoll wara li kien hemm qbil bejn l-istati membri, hekk kif rappurtat fuq https://ec.europa.eu/food/system/files/2021-07/rasff_ethylene-oxide-incident_e410_crisis-coord_sum.pdf.
//= $special ?>