Rowen Camilleri
ĦAMRUN S………..1
VALLETTA………….2
Ħamrun S: H. Bonello, D. Gojkovic, J. Mbong, S. Lagzir (F. El Bakhtaoui 70’), J. Soares, F. Sasere, J. Corbalan, P. Djordevic, K. Micallef, C. Dielna E. Marcelina (A. Oyama 85’)
Valletta: A. Guarnone, R. Camilleri, T. Caruana, J. Arthur, S. Dimech (L. Campos 62’), C. Gauci, E. Beltre, J. Zerafa, I. Curjuric (M. Sansone 90), C. Prado (I. Micallef 90’), M. Fontanella (M.Jurdik 82’)
Imwissija: E. Beltre 69’ (V), C. Dielna 69’ (Ħ)
Skorjaw: D. Gojkovic 42’ (Ħ) M. Fontanella 69’ pen, 74’ (V)
Referee: Philip Farrugia
Assistenti Referees: Jurgen Spiteri u Mitchell Scerri
In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Enmy Pena Beltre
BOV Plejer tal-logħba: Mario Fontanella
Valletta ma’ setax ikollhom bidu aħjar tal-istaġun meta b’żewġ gowls fit-tieni taqsima għelbu liċ-champions Ħamrun Spartans bl-iskor ta’ 2-1. Kienu Ħamrun li marru fil-vantaġġ fit-42 minuta permezz ta’ Gojkovic iżda Valletta baqgħu kkonċentrati tul il-partita u fit-tieni taqsima skurjaw darbtejn f’ħames minuti permezz ta’ Mario Fontanella.
Fost il-plejers li kienu qed jiddebbuttaw mat-timijiet rispettivi tagħhom bla dubju spikka l-eks gowlkiper ta’ Valletta Henry Bonello li kien wieħed mill-akkwisti l-ġodda taċ-champions lokali dan is-sajf.
Kelna nistennew 20 minuta biex rajna l-ewwel konklużżjoni lejn il-lasti meta kien l-akkwist il-ġdid ta’ Valletta Ivan Curjuric li nkariga ruħu minn free-kick dirett bil-konklużżjoni tal-Kroat tgħaddi ftit barra. Tliet minuti wara din id-darba kienu Ħamrun li ingħataw free-kick minn fuq il-lemin bil-kross ta’ Soares jsib lil Gojkovic li iżda ra d-daqqa ta’ ras tiegħu tgħaddi għoli. Fit-32 minuta reġa kien Soares li din id-darba inkariga ruħu minn free-kick dirett li għal ftit ma’ qarraqx bi Guarnone hekk kif il-ballun biddel id-direzzjoni meta ħabat mal-barriera iżda l-gowlkiper Taljan kien attent u laqa fil-ħin. Fit-38 minuta Ħamrun marru viċin darbtejn meta l-ewwel kien Lagzir li prova xutt mitt tarf il-kaxxa li kien devjat u mar barra biex mill-istess korner Soares ta’ pass tajjeb lejn Sasere li minn taħt il-lasta għamel l-impossibli u tefa’ barra. L-ispartans marru fil-vantaġġ fit-42 minuta meta reġa kien Soares li tefa kross fil-kaxxa ż-żgħira li sab lil DARKO GOJKOVIC li għola tajjeb fuq kulħadd u bir-ras għeleb lil Guarnone.
Fit-tieni taqsima kienu Ħamrun li resqu viċin l-ewwel fid-59 minuta meta minn azzjoni personali, minn mal-linja Soares daħal lejn in-nofs u prova xutt minn barra l-kaxxa li b’xorti tajba għal Valletta stampa mal-mimduda u mar barra. Fis-66 minuta Valletta ingħataw penalty meta Corbalan deher iwaqqa fil-kaxxa lis-sostitut Campos. MARIO FONTANELLA inkariga ruħu mill-penalty u b’konklużżjoni b’saħħita għeleb għal kollox lil Bonello u ġab l-iskor indaqs. Ftit wara fil-71 minuta Soares għamel ħarba veloċi minn tlett kwarti ta’ ground u wara li daħal fil-kaxxa qabeż żewġ difensuri iżda tefa’ barra. Tliet minuti wara Valletta inkredibilment dawru l-iskor favur tagħhom. Kien Ciao Prado li avvanza mal-linja u krossja fil-kaxxa, bil-ballun jaqa’ f’saqajn MARIO FONTANELLA li bi prattikament lasta vojta tefa s-supporters ta’ Valletta f’dillierju ta’ ferħ. L-iskor baqa’ ma’ nbidilx sat-tmiem b’Valletta joħorġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-1.
//= $special ?>