Ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tas-6:30pm il-Pulizija ġiet infurmata li persuna kienet waqgħet minn xi għoli fi Triq Dun Xard, Ħad-Dingli.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fil-post u minn stħarriġ li sar irriżulta li raġel ta’ 58 sena residenti Ħad-Dingli kien waqa’ minn fuq scaffolding.
Tim mediku ta l-għajnuna lir-raġel li ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza fejn aktar tard hu ġie ċċertifikat li għandu ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>